|
|
|
NoticeBoard
|
KORS GHALL-GHARAJJES
|
|
Koppji_zghar.pdf
|
MIXJA TA' THEJJIJA GHAZ-ZWIEG.
SKOP: Bhalma sar is-sena l-ohra, anke din is-sena se nkomplu bil-kors ta' thejjija ghaz-zwieg. L-iskop huwa li jkun hemm mixja ta' formazzjoni spiritwali u umana bi thejjija ghaz-zwieg u anke li possibilment tkompli takkompanja lill-mizzewgin wara z-zwieg.
MIN HU MISTIEDEN ?
L-gharajjes kollha u anke dawk li huma steady. Ma nhallux li nigu ghal kors fl-ahhar sena taz-zwieg. Ghalhekk dawk kollha li huma steady u li qed jippjanaw biex jizzewgu fi ftit snin ohra, (specjalment dawk li se jizzewgu fis-sentejn li gejjin) huma mitluba biex jigu jinkitbu fl-ufficcju parrokkjali ghall-mixja ta' thejjija spiritwali.
META JIBDA ?
Il-Kors jibda nhar il-Hadd, 2 ta' Ottubru 2011. Il-laqghat se jkunu Hadd iva u Hadd le.
BOOKING
Dawk li se jiehdu sehem fil-kors li se jibda huma mitluba li jigu l-Ufficcju Parrokkjali biex jimlew l-formula apposta.
LOKAL
Il-Post tal-laqghat se jkun fid-Dar Parrokkjali u jibdew fit-11.15a.m. |
|
|
|
GIMGHA TA' SPIRITWALITA'
Fil-granet bejn id-19 u it-23 ta' Settembru 2011 se jkollna il-Gimgha ta' Spiritwalita'.
Din tkun quddiem il-post tal-Museum u tibda wara l-quddiesa ta' filghaxija.
Is-suggett se jkun marbut mal-pjan pastorali li ghandna bhalissa fid-djocesi. Is-sena l-ohra trattajna l-Ewkaristija u din is-sena s-suggett se jkun dwar is-Sagrament tal-Qrar.
Se jkollna kelliema tajbin hafna dwar dan is-suggett,u ghalhekk naghmel appell biex ma nitilfu ebda laqgha minnhom.
Ghalhekk, zomm dan l-appuntament u hu hsieb biex iggib mieghek lil xi hadd iehor ukoll. |
|
|
Interview..pdf
|
TAGHRIF DWAR IL-QUDDIESA TA' SANTA MARGERITA
Kompozizzjoni tal-Mro Charles Camilleri.
Intervista minn Nicole Sciberras mas-Surmast Joseph Debrincat |
|
|